6.10.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 351/21
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Lulju 2014 – Vierling vs UASI– IP Leanware (BRAINCUBE)
(Kawża T-581/14)
2014/C 351/26
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Yvonne Vierling (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentanti: G. Hasselblatt u D. Kipping, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: IP Leanware (Issoire, Franza)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-30 ta’ April 2014 mogħtija fil-Każ R 1486/2013-2.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “BRAINCUBE” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9 u 38 – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 1 0 4 61 713
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali preċedenti Ġermaniża “Braincube”
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni parzjalment milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.
Full & Egal Universal Law Academy