29.9.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 339/27
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Lulju 2014 – Inditex vs UASI – Ansell (ZARA)
(Kawża T-584/14)
2014/C 339/32
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Inditex de Diseño Textil, SA (Inditex) (Arteixo, Spanja) (rappreżentant: C. Duch, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Zainab Ansell u Roger Ansell (Moshi, Tanzania)
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tad-19 ta’ Mejju 2014 fil-Każ R 1118/2013-2, sa fejn ikkonferma r-revoka tat-trade mark minħabba nuqqas ta’ użu tat-trade mark Komunitarja (ZARA) Nru 1 12 755 għas-servizzi fil-klassi 39: “servizzi ta’ trasport, distribuzzjoni (kunsinna) ta’ prodotti, ippakkjar u ħażna ta’ merkanzija, b’mod partikolari ħwejjeġ, żraben u aċċessorji, fwieħa u kosmetiċi”, ir-rikorrenti tqis li l-Bord tal-Appell kiser l-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 peress li wettaq is-segwenti żbalji:
—
il-Bord tal-Appell wettaq żball ta’ liġi billi kkunsidra li l-frankiġji ta’ Inditex jagħmlu parti integrali mill-organizzazzjoni interna tal-kumpannija, meta dawn huma entitajiet legali indipendenti tal-grupp Inditex;
—
il-Bord tal-Appell wettaq żball ta’ evalwazzjoni tal-provi peress li akkuża lir-rikorrenti li ma ressqitx provi dwar il-volum ta’ negozju ġġenerat mill-offerta ta’ servizzi ta’ trasport, sabiex turi l-użu estern tat-trade mark, filwaqt li dawn il-provi ġew prodotti fil-kuntest tal-proċeduri;
—
tikkundanna lill-UASI u, skont il-każ, lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell, għall-ispejjeż
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal revoka: trade mark verbali (ZARA) għal servizzi fil-klassijiet 39 u 42 – trade mark Komunitarja Nru 1 12 755
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Parti li qed titlob ir-revoka tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba ta’ revoka milqugħha
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009
Full & Egal Universal Law Academy