13.10.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 361/15
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Awwissu 2014 – Crosfield Italia vs ECHA
(Kawża T-587/14)
2014/C 361/20
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Crosfield Italia Srl (Verona, l-Italja) (rappreżentant: M. Baldassarri, avukat)
Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha tannulla u għaldaqstant tiddikjara bħala invalida u/jew ineffikaċi d-Deċiżjoni Nru SME/2013/3747, tat-28.05.2014, adottata mill-Aġenzija ECHA u kkomunikata lir-rikorrenti preżenti fid-09.06.2014, b’mod li tħassar kull effett tal-imsemmija deċiżjoni, inkluż l-annullament tal-fatturi maħruġa għall-irkupru tal-ħlasijiet maġġuri u għas-sanzjonijiet finanzjarji allegatament dovuti.
Motivi u argumenti prinċipali
Dan ir-rikors huwa dirett kontra d-deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li kkunsidrat li r-rikorrenti ma tissodisfax il-kundizzjonijiet sabiex tiġi kkunsidrata bħala impriża ta’ daqs żgħir jew medju, fis-sens tar-Regolament Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 790/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, p. 1), u b’hekk ċaħħditha mill-benefiċċji hemm previsti u imponiet fuqha il-ħlas tat-taxxi u tat-tariffi dovuti.
Il-motivi u l-argumenti prinċipali jixbhu lil dawk invokati fil-Kawża T-620/13, Marchi Industriale vs ECHA.
Full & Egal Universal Law Academy