6.10.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 351/22
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Awwissu 2014 – Musso vs Il-Parlament
(Kawża T-589/14)
2014/C 351/28
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: François Musso (Ajaccio, Franza) (rappreżentant: A. Gross, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet tar-rikorrent
—
tilqa’ dan ir-rikors u tiddikjarah fondat;
—
tannulla d-deċiżjoni tas-26 ta’ Ġunju 2014:
—
prinċipalment, abbażi tal-irregolarità proċedurali minħabba fin-nuqqas ta’ firma tal-President;
—
inkella abbażi tal-ksur tad-drittijiet tad-difiża għall-assenza ta’ pubbliċità tad-deċiżjoni tas-17 ta’ Lulju 1996 li sservi bħala bażi għad-deċiżjoni tas-26 ta’ Ġunju 2014;
—
inkella abbażi tal-ksur tal-prinċipju ta’ kontradittorju;
—
inkella abbażi ta’ insuffiċjenza ta’ motivi għad-deċiżjoni tas-26 ta’ Ġunju 2014;
—
inkella abbażi tal-ksur tal-prinċipju tat-terminu raġonevoli li jaffettwa l-eżerċizzju tad-drittijiet tad-difiża;
—
inkella abbażi tal-ksur tal-prinċipju tad-dritt akkwistat;
—
tirreżerva lir-rikorrent id-drittijiet, il-ħlas, il-mezzi u l-azzjonijiet l-oħra kollha dovuti;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha ta’ din l-istanza.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka sitt motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq irregolarità proċedurali tad-deċiżjoni kkontestata tas-26 ta’ Ġunju 2014, peress li din tal-aħħar ma kinitx ġiet iffirmata mill-President tal-Parlament skont regolament intern tal-Parlament Ewropew.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrent, sa fejn id-deċiżjoni tas-17 ta’ Lulju 1996 li kienet isservi bħala bażi għad-deċiżjoni kkontestata tas-26 ta’ Ġunju 2014, allegatament ma kinitx ġiet ippubblikata, bi ksur tal-Artikolu 28 tar-regolament intern tal-membri.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ kontradittorju.
4.
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq insuffiċjenza ta’ motivi tad-deċiżjoni kkontestata.
5.
Il-ħames motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju tat-terminu raġonevoli, peress li Parlament stenna tmien snin qabel ma beda l-proċedura ta’ rkupru kontra r-rikorrent.
6.
Is-sitt motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju tad-dritt miksub, sa fejn id-deċiżjoni kkontestata tippreġudika d-drittijiet għall-pensjoni li r-rikorrent allegatament kiseb fit-3 ta’ Awwissu 1994.
Full & Egal Universal Law Academy