6.10.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 351/23
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Awwissu 2014 – Zuffa vs UASI (ULTIMATE FIGHTING CHAMPIONSHIP)
(Kawża T-590/14)
2014/C 351/29
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Zuffa, LLC (Las Vegas, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: S. Malynicz, Barrister, K. Gilbert u C. Balme, Solicitors)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tad-19 ta’ Mejju 2014, fil-Każ R 1425/2013-2.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “ULTIMATE FIGHTING CHAMPIONSHIP” għall-prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 28 u 41
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal trade mark Komunitarja miċħuda parzjalment
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 7(1)(b) u (c), u (2) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.
Full & Egal Universal Law Academy