20.10.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 372/21
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2014 – Cham u Bena Properties vs Il-Kunsill
(Kawża T-597/14)
2014/C 372/26
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Cham Holding Co. SA u Bena Properties Co. SA (Damasku, is-Sirja) (rappreżentanti: E. Ruchat u C. Cornet d’Elzius, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet tal-partijiet
—
tiddikjara l-azzjoni tar-rikorrenti ammissibbli u fondata;
—
konsegwentement, tikkundanna lill-Unjoni Ewropea tikkumpensa d-dannu relatat mas-sospensjoni tal-proġett “Yasmeen Rotana” imġarrab mir-rikorrenti, fl-ammont ta’ EUR 4 3 0 00 000;
—
taħtar espert bil-għan li jistabbilixxi l-ammont totali tad-dannu mġarrab mir-rikorrenti;
—
tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-kawża.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-592/14, Makhlouf vs Il-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy