13.10.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 361/20
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2014 – Syriatel Mobile Telecom vs Il-Kunsill
(Kawża T-600/14)
2014/C 361/29
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Syriatel Mobile Telecom (Joint Stock Company) (Damas, is-Sirja) (rappreżentanti: E. Ruchat u C. Cornet d’Elzius, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
—
tiddikjara l-azzjoni tar-rikorrenti ammissibbli u fondata;
—
konsegwentement, tikkundanna lill-Unjoni Ewropea biex tagħmel tajjeb għad-dannu kollu subit mir-rikorrenti, li jammonta għal EUR 48 8 8 29 000;
—
sussidjarjament, tordna l-ħatra ta’ espert sabiex jiddetermina l-livell tad-dannu subit mir-rikorrenti;
—
tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-kawża.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-592/14, Makhlouf vs Il-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy