29.9.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 339/27
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Awwissu 2014 – Industrias Tomás Morcillo vs UASI – Aucar Trailer (Polycart A Whole Cart Full of Benefits)
(Kawża T-613/14)
2014/C 339/33
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Industrias Tomás Morcillo, SL (Albuixech, Spanja) (rappreżentant: A. Sanz-Bermell y Martínez, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Aucar Trailer, SL (Premia de Mar, Spanja)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-7 ta’ Mejju 2014, fil-Każ R 1735/2012-1 u, konsegwentement, tiċħad l-oppożizzjoni mressqa minn Aucar Trailer S.L. billi tiddikjara l-validità tal-għoti tat-trade mark Komunitarja Nru 9 6 90 314 (Polycart A Whole Cart Full of Benefits) għall-prodotti mitluba skont ir-restrizzjoni tas-16 ta’ Novembru 2012, billi tiċħad l-oppożizzjoni mressqa kontra din tal-aħħar
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva bl-elementi verbali “Polycart A Whole Cart Full of Benefits” għal prodotti fil-klassijiet 12, 17 u 20 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 6 90 314
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark figurattiva bl-elementi verbali “POLICAR” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 12, 35 u 37
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 207/2009
Full & Egal Universal Law Academy