6.10.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 351/24
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Awwissu 2014 – Fútbol Club Barcelona vs UASI – Kule (KULE)
(Kawża T-614/14)
2014/C 351/31
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Fútbol Club Barcelona (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: J. Carbonell Callicó, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Kule LLC (New York, l-Istati Uniti)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-18 ta’ Ġunju 2014, fil-Każ R 2375/2013-4.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “KULE” għall-prodotti fil-klassijiet 14, 18 u 25 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 9 17 097
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrent
Trade mark jew sinjal invokat: Trade marks Spanjoli u trade mark magħrufa sew għat-terminu “CULE”
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda fl-intier tagħha
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.
Full & Egal Universal Law Academy