20.10.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 372/22
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Awwissu 2014 – Fútbol Club Barcelona vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ tarka)
(Kawża T-615/14)
2014/C 372/28
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Fútbol Club Barcelona (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: J. Carbonell Callicó, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
—
temenda d-deċiżjonijiet tal-Ewwel Bord tal-Appell tat-23 ta’ Mejju 2014 u tal-eżaminatriċi tat-23 ta’ Mejju 2013, skont l-Artikolu 65(3) tar-Regolament Nruo207/2009, minħabba l-ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009, billi taċċetta i) il-karattru distintiv tat-trade mark grafika li hija s-suġġett tal-applikazzjoni Nruo11 7 64 354 u, b’dan il-mod, l-inapplikabbiltà tal-projbizzjoni assoluta għar-reġistrazzjoni li tissemma’ fl-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nruo207/2009; u ii) il-pubblikazzjoni tal-imsemmija applikazzjoni għal trade mark sabiex, ladarba jiġu ssodisfatti l-formalitajiet kollha li jkun fadal, tkun tista’ tingħata;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż, skont l-Artikolu 87(2) tar-Regolament Nru 207/2009.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva li tirrappreżenta tarka għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 25 u 41 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 1 7 64 354
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati:
—
ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009
Full & Egal Universal Law Academy