6.10.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 351/25
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Awwissu 2014 – Grupo Bimbo vs UASI (Forma ta’ taco Messikan)
(Kawża T-618/14)
2014/C 351/32
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Grupo Bimbo, SAB de CV (Messiku, il-Messiku) (rappreżentanti: N. Fernández Fernández-Pacheco, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni mogħtija mit-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-3 ta’ Ġunju 2014, fil-Każ R 2449/2013-2, sa fejn din ma hijiex konformi mad-dritt u sa fejn din ma tosservax id-dispożizzjonijiet legali fis-seħħ dwar it-trade mark Komunitarja; sussegwentement tagħti deċiżjoni konformi mat-talbiet inklużi f’dan ir-rikors minħabba n-natura distintiva intrinsika suffiċjenti tat-trade mark tridimensjonali li għaliha saret applikazzjoni, tilqa’ dan ir-rikors u tordna l-inklużjoni fir-reġistru tal-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali Nru 1 1 7 48 051, fil-klassi 30 tal-Klassifikazzjoni internazzjonali sa fejn din hija konformi mad-dritt u kif meħtieġ fid-dritt;
—
ladarba dan ir-rikors ikun milqugħ u t-trade mark iċċitata iktar ’il fuq tkun inkluża, tikkundanna lill-UASI jħallas l-ispejjeż u jħallas lura tal-ispejjez tar-rikors.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark tridimensjonali bil-forma ta’ taco Messikan għal prodotti fil-klassi 30 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 1 7 48 051
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009
Full & Egal Universal Law Academy