6.10.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 351/26
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Awwissu 2014 – Lauriten Holding vs UASI – IC Companys (IWEAR)
(Kawża T-622/14)
2014/C 351/34
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Lauritzen Holding AS (Drøbak, in-Norveġja) (rappreżentanti: P. Walsh u S. Dunstan, Solicitors)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: IC Companys A/S (Kopenħagen, id-Danimarka)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-2 ta’ Ġunju 2014, fil-Każ R 1935/2013-2.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “IWEAR” għal prodotti fil-klassijiet 18, 25 u 28 – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 1 0 6 29 806
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark preċedenti “INWEAR” irreġistrata bħala trade mark Komunitarja Nru 2 1 68 284
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.
Full & Egal Universal Law Academy