6.10.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 351/27
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Awwissu 2014 – Loewe Technologies vs UASI – DNS International (SoundVision)
(Kawża T-623/14)
2014/C 351/35
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Loewe Technologies GmbH (Kronach, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Pröll, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: DNS International Ltd (Tortola, British Virgin Islands)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-12 ta’ Ġunju 2014, mogħtija fil-Każ R 1625/2013-2.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva bl-iswed u l-abjad li fiha l-elementi verbali “SoundVision” għal prodotti fil-klassijiet 9, 15 u 20 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru. 1 0 5 05 519
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali “LOEWE SOUNDVISION” – Trade mark Komunitarja Nru 5 7 98 228
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ u r-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja awtorizzata
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009
Full & Egal Universal Law Academy