13.10.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 361/26
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Awwissu 2014 – Hewlett Packard Development Company vs UASI (FORTIFY)
(Kawża T-628/14)
2014/C 361/39
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Hewlett Packard Development Company LP (Dallas, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: T. Raab u H. Lauf, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-2 ta’ Ġunju 2014, adottata fil-Każ R 249/2014-2.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “FORTIFY” għall-prodotti fil-klassi 9 – applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 11 771 037
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal trade mark Komunitarja miċħuda fl-intier tagħha
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) u (2) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja
Full & Egal Universal Law Academy