13.10.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 361/26
_Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Awwissu 2014 – Jaguar Land Rover vs UASI (Forma ta’ karozza)
(Kawża T-629/14)
2014/C 361/40
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Jaguar Land Rover Ltd (Coventry, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: F. Delord u R. Grewal, Solicitors)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-24 ta’ April 2014 fil-Każ R 1622/2013-2.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark tridimensjonali li tirrappreżenta forma ta’ karozza għal prodotti fil-klassijiet 12, 14, u 28 – applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 11 388 411
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal reġistrazzjoni għal trade mark Komunitarja parzjalment miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell parzjalment miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.
Full & Egal Universal Law Academy