27.10.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 380/16
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Awwissu 2014 – Roland vs UASI – Louboutin (sfumatura ta’ kulur aħmar għall-pett ta’ żarbun)
(Kawża T-631/14)
2014/C 380/21
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Roland SE (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Onken u O. Rauscher, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Christian Louboutin (Pariġi, Franza)
Talbiet
—
tibdel id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-28 ta’ Mejju 2014 fil-Każ R 1591/2013-1, sabiex l-oppożizzjoni Nru B 1 9 22 890 tinżamm b’mod sħiħ u tiċħad l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 008845539;
—
sussidjarjament: tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark l-oħra, li tikkonsisti fi sfumatura ta’ kulur aħmar, applikata għall-pett ta’ żarbun, għal prodotti fil-klassi 25 – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 8 8 45 539
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark figurattiva, li tinkludi l-elementi verbali “my SHOES”, għal prodotti fil-klassi 25
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati:
—
Ksur tat-tieni frażi tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009
Full & Egal Universal Law Academy