27.10.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 380/16
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Awwissu 2014 – Intercon vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-632/14)
2014/C 380/22
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Intercon Sp. z o.o. (Łódź, il-Polonja) (rappreżentant: B. Eger, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tiddikjara li, bl-ordni għall-ħlas lura tal-ammont ta’ EUR 2 58 479.21, il-Kummissjoni kisret id-dispożizzjonijiet tal-ftehim ta’ Għoti Nru ARTreat – 224297 taħt is-Seba’ Programm Qafas ta’ Riċerka (FP7);
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.
1.
L-ewwel motiv
—
eċċess tal-limiti tal-portata tal-eżami minħabba l-awditu li sar u l-evalwazzjoni irregolari sussegwenti tar-riżultati tal-eżami.
2.
It-tieni motiv
—
nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-Formola C iffirmata mill-benefiċjarju, minkejja li l-Kummissjoni talbet li din tiġi prodotta, u nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni ta’ provi fl-għamla ta’ dikjarazzjoni ta’ impjegat li tikkonferma li ma kienx possibbli li jikseb dokumenti mingħand il-koordinatur tal-konsorzju
3.
It-tielet motiv
—
nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni ta’ kummenti u kjarifikazzjonijiet ġodda b’riferiment għall-Artikolu II.22.5 tal-Anness tal-Ftehim, minkejja li l-Kummissjoni talbet lill-benefiċjarju jipproduċihom u imponiet terminu għal dan il-għan.
Full & Egal Universal Law Academy