13.10.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 361/28
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Awwissu 2014 – Urb Rulmenti Suceava vs UASI – Adiguzel (URB)
(Kawża T-635/14)
2014/C 361/42
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Urb Rulmenti Suceava SA (Suceava, ir-Rumanija) (rappreżentant: I. Burdusel, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Harun Adiguzel (Diosd, l-Ungerija)
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni), tat-23 ta’ Ġunju 2014, fil-Każ R 1974/2013-4.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “URB” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 4, 6-9, 11, 12, 16, 17, 35, 37 u 39-42 – Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 8 656 605
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: raġunijiet assoluti ta’ invalidità taħt l-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja u raġunijiet relattivi ta’ invalidità taħt l-Artikolu 8(1)(a) u (b) flimkien mal-Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikajarazzjoni ta’ invalidità miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 52(1)(b), tal-Artikolu 8(1)(a) u (b) flimkien mal-Artikolu 53(1)(a) u l-Artikolu 53(2) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja
Full & Egal Universal Law Academy