13.10.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 361/29
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Awwissu 2014 – noon Copenhagen vs UASI
(Kawża T-637/14)
2014/C 361/43
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: noon Copenhagen A/S (Løsning, id-Danimarka) (rappreżentant: M. Zöbisch, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Wurster Diamonds GmbH (Pforzheim, il-Ġermanja)
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni), tat-12 ta’ Ġunju 2014, fil-Każ R 955/2013-4.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “noon” għal prodotti u servizzi fil-klassi 14 – Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 1 0 2 15 556
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “noor” għal prodotti fil-klassi 14
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.
Full & Egal Universal Law Academy