27.10.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 380/18
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Awwissu 2014 – Dellmeier vs UASI – Dell (LEXDELL)
(Kawża T-641/14)
2014/C 380/24
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Alexandra Dellmeier (München, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Khöbe, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Dell, Inc. (Round Rock, l-Istati Uniti)
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni tal-Bord Appell Nru R 0966/2013-2 tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern tal-4 ta’ Ġunju 2014 dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni Nru B 1 698 2892 kontra l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 008114779 “LEXDELL” u tiċħad l-oppożizzjoni fl-intier tagħha.
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż sostnuti fil-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali.
—
tistabbilixxi data għas-seduta tal-kawża peress li l-konklużjonijiet tal-Qorti Ġenerali ma humiex possibbli mingħajr smigħ.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali Komunitarja “LEXDELL” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 25, 41 u 45 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8 1 14 779.
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark figurattiva Komunitarja li tinkludi l-element verbali “DELL” bin-numru ta’ reġistrazzjoni Nru 6 4 20 641.
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment.
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud.
Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy