1.12.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 431/29
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Awwissu 2014 – JP Divver Holding Company vs UASI (EQUIPMENT FOR LIFE)
(Kawża T-642/14)
(2014/C 431/51)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: JP Divver Holding Company Ltd (Newry, l-Irlanda) (rappreżentanti: A. Franke, E. Bertram, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Trade mark ikkontestata kkonċernata: reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea tat-trade mark li tinkludi l-element verbali “EQUIPMENT FOR LIFE”
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-16 ta’ Ġunju 2014 fil-Każ R 64/2014-2
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy