27.10.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 380/19
Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Settembru 2014 – Red Lemon Incorporation vs UASI – Lidl Stiftung (ABTRONIC)
(Kawża T-643/14)
2014/C 380/25
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Red Lemon Incorporation (Ħong Kong, ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina) (rappreżentanti: T. Wieland u S. Müller, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Lidl Stiftung & Co. KG (Neckarsulm, il-Ġermanja)
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-15 ta’ Mejju 2014 fil-Każ R 1899/2013-1 u tiċħad l-oppożizzjoni;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “ABTRONIC” għal prodotti fil-klassi 9 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8 1 84 632
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark verbali “TRONIC” għal prodotti fil-klassi 9
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009
Full & Egal Universal Law Academy