27.10.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 380/20
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Settembru 2014 – Infusion Brands vs UASI (DUALTOOLS)
(Kawża T-648/14)
2014/C 380/27
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Infusion Brands, Inc. (Myer Lake Circle Clearwater, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: K. Piepenbrink, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-1 ta’ Lulju 2014, fil-Każ R 398/2014-4;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva bil-kuluri abjad, iswed u aħdar li fiha l-element verbali “DUALTOOLS” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 7, 8 u 35 – applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 2 0 27 496
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni parzjalment miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) u tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy