10.11.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 395/55
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Awwissu 2014 – NTS Energie- und Transportsysteme vs UASI – Schütz (X-Windwerk)
(Kawża T-649/14)
2014/C 395/68
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: NTS Energie- und Transportsysteme GmbH (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Mach, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Schütz GmbH & Co. KGaA (Selters, il-Ġermanja)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-23 ta’ Mejju 2014, fil-Każ R 978/2013-1
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti.
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “X-Windwerk”, għal servizzi li jaqgħu fil-klassijiet 39, 40 u 42 – applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 0 7 19 466.
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell.
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali “Wind Werk”, għal prodotti u servizzi li jaqgħu fil-klassijiet 7, 9, 37 u 42.
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda.
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata u applikazzjoni tat-trade mark Komunitarja miċħuda.
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy