3.11.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 388/21
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Settembru 2014 – Revolution vs UASI (REVOLUTION)
(Kawża T-654/14)
2014/C 388/26
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Revolution LLC (Washington, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: P. Roncaglia, F. Rossi u N. Parrotta, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-11 ta’ Ġunju 2014 mogħtija fil-Każ R 2143/2013-1;
—
tikkundanna lill-konvenut ibati l-ispejjeż tal-kawża.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “REVOLUTION” għal servizzi fil-Klassi 36 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 1 8 15 297
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u 7(2) tar-Regolament Nru 207/2009
Full & Egal Universal Law Academy