3.11.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 388/22
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Settembru 2014 – Peri vs UASI (Forma ta’ lukkett għal shuttering)
(Kawża T-656/14)
2014/C 388/27
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Peri GmbH (Weißenhorn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Bognár u M. Eck, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-26 ta’ Ġunju 2014, mogħtijia fil-Każ R 1178/2013-1;
—
tikkundanna l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark tridimensjonali fil-forma ta’ lukkett għal shuttering, għal prodotti fil-klassijiet 6 u 19: applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 0 8 26 766
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati:
—
ksur tal-Artikolu 7(1)(e) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy