27.10.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 380/23
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Settembru 2014 – Jurašinović vs Il-Kunsill
(Kawża T-658/14)
2014/C 380/30
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Ivan Jurašinović (Angers, Franza) (rappreżentant: O. Pfligersdorffer, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrent
—
tannulla d-deċiżjoni tat-8 ta’ Lulju 2014 sa fejn din illimitat l-aċċess tar-rikorrent għad-dokumenti msemmija fl-Anness 3 tad-deċiżjoni billi invokat il-protezzjoni tar-relazzjonijiet internazzjonali u l-protezzjoni tal-proċeduri ġudizzjarji u billi neħħiet minn dan il-kap id-dokumenti mitluba;
—
tikkundanna lill-Kunsill għall-ħlas, lir-rikorrent, tas-somma ta’ EUR 5 000 eskluża t-taxxa, jiġifieri EUR 6 000 taxxa u spejjeż inklużi bħala kumpens proċedurali bl-interessi bir-rata tal-BĊE fid-data tar-reġistrazzjoni tar-rikors;
—
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni relatat mal-eċċezzjoni ta’ protezzjoni tal-proċeduri ġudizzjarji u tal-pariri legali prevista fit-tieni inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 (1), sa fejn il-Qorti Ġenerali diġà ddeċidiet, fis-sentenza tagħha Jurašinović vs Il-Kunsill (T-63/10, EU:T:2012:516) li b’eżekuzzjoni tagħha ttieħdet id-deċiżjoni kkontestata, li minkejja li l-eċċezzjoni kienet applikabbli, f’dan il-każ ma setgħetx tkun ta’ suċċess.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni relatat mal-eċċezzjoni ta’ effett ħażin fuq il-protezzjoni tal-interess pubbliku f’dak li jikkonċerna r-relazzjonijiet internazzjonali prevista fit-tielet inċiż tal-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament Nru 1049/2001, sa fejn id-dokumenti inwistjoni jikkonċernaw informazzjoni li toriġina mill-Unjoni Ewropea u mhux mis-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti, b’mod li l-fluss ta’ informazzjoni ta’ din l-entità ma huwiex ikkontestat.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni relatat mal-eċċezzjoni ta’ interess pubbliku superjuri li jippermetti, b’applikazzjoni tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, li ssir deroga mill-protezzjoni tal-proċeduri ġudizzjarji u tal-pariri legali, sa fejn, minn naħa, il-proċess ikkonċernat mid-dokumenti llum huwa definittavment mitmum u, min-naħa l-oħra, ir-Repubblika tal-Kroazja llum hija Stat Membru tal-Unjoni Ewropea.
(1) Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).
Full & Egal Universal Law Academy