10.11.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 395/57
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Settembru 2014 – International gaming projects vs UASI (BIG BINGO)
(Kawża T-663/14)
2014/C 395/70
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: International gaming projects Ltd (Valletta, Malta) (rappreżentant: M. D. Garayalde Niño, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-11 ta’ Ġunju 2014, fil-Każ R 755/2014-1;
—
tapprova r-reġistrazzjoni tal-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 2 1 20 325“BIG BINGO” fil-klassijiet 9, 28 u 41;
—
tikkundanna lill-konvenut ibati l-ispejjeż relatati ma’ din il-proċedura.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva bl-elementi verbali “BIG BINGO” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 28 u 41 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 2 1 20 325
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati:
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy