27.10.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 380/24
Appell ippreżentat fis-17 ta’ Settembru 2014 minn Robert Klar u Francisco Fernandez Fernandez mid-digriet mogħti fis-16 ta’ Lulju 2014 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-114/13, Klar u Fernandez Fernandez vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-665/14 P)
2014/C 380/32
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Robert Klar (Grevenmacher, il-Lussemburgu) u Francisco Fernandez Fernandez (Steinsel, il-Lussemburgu) (rappreżentant: A. Salerno, avukat)
Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tas-16 ta’ Lulju 2014;
—
tirrinvija l-kawża quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku sabiex dan jagħti deċiżjoni fuq il-mertu tagħha;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha.
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell, l-appellanti jinvokaw aggravju wieħed ibbażat fuq il-fatt li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kkunsidra b’mod żbaljat li r-rikors kien manifestament inammissibbli, minħabba nuqqas ta’ proċedura prekontenzjuża regolari, safejn in-nota tal-Awtorità tal-Ħatra ta’ Ottubru 2012 ma tikkostitwixxix la min-naħa tal-kliem tagħha, la min-naħa tal-kuntest, u lanqas min-naħa tal-forma tagħha, att li jikkawża preġudizzju, li n-notifika tiegħu kienet tiskatta t-terminu għall-preżentata tal-ilment.
Full & Egal Universal Law Academy