3.11.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 388/24
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Settembru 2014 – Spanja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-675/14)
2014/C 388/30
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: M. García-Valdecasas Dorrego, Abogado del Estado)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni ta’ implementazzjoni tal-Kummissjoni, tad-9 ta’ Lulju 2014, li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea infiq magħmul mill-Istati Membri taħt it-Taqsima Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG), il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), meta tirreferi għar-Renju ta’ Spanja, u
—
tikkundanna lill-istituzzjoni kkonċernata għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-korrezzjoni imposta b’rata fissa għal ammont nett ta’ EUR 2 7 31 208.07 u l-metodu ta’ kalkolu użat jiksru l-Artikolu 31(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005, tal-21 ta’ Ġunju 2005, dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (ĠU L 209, p. 1) u l-Linji gwida tad-Dokument tal-Kummissjoni VI/5330/97, tat-23 ta’ Diċembru 1997 (Linji gwida għall-kalkolu tal-implikazzjonijiet finanzjarji fit-tħejjija tal-deċiżjoni tal-approvazzjoni tal-kontijiet tat-Taqsima Garanzija FAEGG) u tad-Dokument AGRI-64043-2005 (Communication from the Commission, on how the Commission intends in the context of the EAGGF-Guarantee clearance procedure to handle shortcomings in the context of croos-compliance control system implemented by the Member State) minħabba li ma huwiex xieraq li ssir stima b’rata fissa meta r-rikorrent ppreżenta stima f’waqtha tar-riskju attwali għall-fond. L-applikazzjoni magħmula mill-Kummissjoni, minbarra li hija żbaljata hija sproporzjonata u mhux ġustifikata.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li s-somma kkalkolata b’rata fissa ta’ 2 % tal-korrezzjoni ġeneralment imposta b’mod ad hoc jammonta għal EUR ,,55 u l-metodu ta’ kalkolu huma kuntrarji għall-Artikolu 31(2) tar-Regolament imsemmi iktar ’il fuq, u għad-dokumenti tal-Kummissjoni dwar il-Linji gwida għall-kalkolu tal-korrezzjonijiet finanzjarji peress li ma jistgħux jużaw u jżidu żewġ metodi ta’ kalkolu simultanjament għall-istess ksur. Minbarra li din hija inkonsistenza ġuridika din hija totalment sproporzjonata u mhux ġustifikata.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-korrezzjoni imposta għas-sena 2010, sena finanzjarja 2011, tikser l-Artikolu 31(4) tar-Regolament iċċitat, tikkostitwixxi ksur tal-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali u tipproduċi djufija fis-sistema minħabba li l-konvenuta tkun estendiet b’mod irregolari korrezzjoni finanzjarja għal perijodu sussegwenti għall-24 xahar qabel il-komunikazzjoni, meta dawn in-nuqqasijiet ġa ikunu ġew ikkoreġuti.
Full & Egal Universal Law Academy