1.12.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 431/32
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Settembru 2014 – Mylan Laboratories and Mylan vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-682/14)
(2014/C 431/55)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Mylan Laboratories Ltd (Hyderabad, l-Indja) u Mylan, Inc. (Canonsburg, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: S. Kon, C. Firth u C. Humpe, Solicitors)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla l-Artikoli 2, 7 u 8 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 4955 finali tad-9 ta’ Lulju 2014 fil-Każ Perindopril (Servier) sa fejn jikkonċernaw ir-rikorrenti; jew
—
sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 4955 finali tad-9 ta’ Lulju 2014 fil-Każ AT.39612 Perindopril (Servier) sa fejn jimponi multa fuq ir-rikorrenti; jew
—
b’mod iktar sussidjarju, tnaqqas il-multa imposta fur ir-rikorrenti skont l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 4955 finali tad-9 ta’ Lulju 2014 fil-Każ AT.39612 Perindopril (Servier); jew
—
kif ukoll b’mod iktar sussidjarju, tannulla l-Artikoli 2, 7 u 8 tad-Deċiżjoni tal-Kummssjoni C(2014) 4955 finali fil-Każ AT.39612 Perindopril (Servier) dsa fejn jikkonċernaw Mylan Inc.;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tmien motivi.
1.
L-ewwel motiv, li jipprovdi li d-deċiżjoni kkontestata tinkludi żbalji ta’ fatt u żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni fl-analiżi tagħha tal-kuntest fattwali, legali u ekonomiku li fih il-ftehim bonarju li jirrigwarda privattiva ġie konkluż bejn Mylan Laboratories (li qabel kienet magħrufa taħt l-isem ta’ Matrix Laboratories) u Servier.
2.
It-tieni motiv, li jipprovdi li d-deċiżjoni kkontestata hija żbaljata fid-dritt u fil-fatt inkwantu tqis li Matrix kienet kompetitriċi potenzjali għal Servier.
3.
It-tielet motiv, li jipprovdi li d-deċiżjoni kkontestata ma tistabblixxix b’mod suffiċjenti skont il-liġi li l-ftehim bonarju li jirrigwarda privatttiva kellu għan li jirrestrinġi l-kompetizzjoni bi ksur tal-Artikolu 101 TFUE.
4.
Ir-raba’ motiv, li jipprovdi li d-deċiżjoni kkontestata ma tistabblixxix b’mod suffiċjenti skont il-liġi li l-ftehim bonarju li jirrigwarda privatttiva kellu għan li jirrestrinġi l-kompetizzjoni bi ksur tal-Artikolu 101 TFUE.
5.
Il-ħames motiv, imqajjem sussidjarjament u li jipprovdi li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 23 tar-Regolament Nru 1/2003 (1) kif ukoll il-prinċipji ta’ proporżjonalità, nullum crimen nulla poena sine lege u ta’ ċertezza legali meta timponi multa fuq ir-rikorrenti.
6.
Is-sitt motiv, imqajjem b’mod iktar sussidjarju u li jipprovdi li l-Kummissjoni imponiet multa li hija manifestament sproporzjonata meta mqabbla mal-gravità tal-allegat ksur.
7.
Is-seba’ motiv, li jipprovdi li l-Kummissjoni kisret id-drittijiet tad-difiża ta’ Mylan Inc. meta fformulat mill-ġdid, mingħajr ma għamlet dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet addizjonanli, il-bażi li fuqha tibbaża r-responsabbiltà imputata lil Mylan Inc.b’mod differenti minn mill-bażi li fuqha din ir-responsabbiltà kienet ġiet imposta fuq bażi preliminari fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet.
8.
Ir-raba’ motiv, li jipprovdi li l-Kummissjoni (i) kisret il-prinċipju tar-responsabbiltà personali u tal-preżunzjoni ta’ innoċenza meta qieset lil Mylan Inc. responsabbli għall-ksur allegatament imwettaq minn Matrix; u (ii) wettqet żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni meta qieset li Mylan Inc. kienet eżerċitat influwenza determinanti fuq l-aġir ta’ Matrix matul il-perijodu kkonċernat.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli [101 TFUE] u [102 TFUE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu Chapter 08 Volume 02 P. 205
Full & Egal Universal Law Academy