17.11.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 409/55
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Settembru 2014 – Novomatic vs UASI– Simba Toys (African SIMBA)
(Kawża T-687/14)
2014/C 409/75
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Novomatic AG (Gumpoldskirchen, l-Awstrija) (rappreżentant: W. Mosing, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Simba Toys GmbH & Co. KG (Fürth, il-Ġermanja)
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni li r-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) ta fil-11 ta’ Lulju 2014 fil-Każ R 2098/2013-4, b’mod li l-UASI jkollu jiċħad l-oppożizzjoni minħabba nuqqas ta’ xebh bejn it-trade marks u/jew is-sinjali u ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni globali u jammetti r-reġistrazzjoni skont l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nruo009752271 “African SIMBA”;
—
tikkundanna lill-UASI u fil-każ ta’ intervent bil-miktub, lill-parti li tagħmel oppożizzjoni, għall-ispejjeż rispettivi tagħhom u għar-rimbors tal-ispejjeż li r-rikorrenti sostniet fil-proċedimenti ta’ oppożizzjoni quddiem l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) u f’din il-proċedura.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “African SIMBA” għal prodotti fil-klassi 28 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nruo9752 271
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark figurattiva nazzjonali li tinkludi l-element verbali “Simba” kif ukoll ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark verbali “SIMBA” għal prodotti fil-klassi 28.
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy