12.1.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 7/36
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Settembru 2014 – Hamr Sport vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-693/14)
(2015/C 007/40)
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Partijiet
Rikorrenti: Hamr Sport a.s. (Praga, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: T. Capoušek, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tiddikjara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Ġunju 2014 (S.A.33575 – Faċilitajiet sportivi mingħajr finijiet ta’ lukru) invalida;
—
tannula d-deċiżjoni kkontestata tal-Kummissjoni Ewropea; u
—
tirrinvija l-każ quddiem il-Kummissjoni Ewropea għal investigazzjoni ulterjuri u għall-adozzjoni ta’ miżuri sabiex tiġi rrimedjata s-sitwazzjoni deskritta.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka l-motivi li ġejjin.
1.
Id-deċiżjoni kkontestata hija żbaljata, peress li fil-proċeduri ta’ qabel id-deċiżjoni kkontestata l-konvenuta ma eżaminatx b’mod xieraq il-provi u l-osservazzjonijiet tar-rikorrenti u, b’mod partikolari, il-kwistjoni dwar jekk l-eżistenza ta’ għajuna mill-Istat kinitx provata.
2.
Il-konvenuta ma tistax tibbaża ruħha, għall-finijiet tal-konklużjoni tagħha fid-deċiżjoni kkontestata, fuq l-eċċezzjoni stabbilita fl-Artikolu 107(3)(ċ) TFEU, peress li l-kundizzjonijiet u l-prerekwiżiti għall-applikazzjoni tagħha ma humiex sodisfatti.
3.
Minħabba l-personalità ġuridika tagħha (bħala kumpannija kummerċjali) ir-rikorrenti ma għandhiex id-dritt li tipparteċipa fi kwalunkwe proċedura għall-għoti ta’ sussidji pprovduti mill-Ministeru għall-Edukazzjoni, Żagħżagħ u Sport, anki jekk hija effettivament topera fl-istess suq bħall-kompetituri tagħha u ssostni l-istess grupp ta’ persuni ta’ referenza – id-destinatarji (li huma identiċi għall-finijiet tal-interess ġenerali/pubbliku).
Full & Egal Universal Law Academy