17.11.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 409/57
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Settembru 2014 – Omega vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ stampa bl-iswed u bl-abjad)
(Kawża T-695/14)
2014/C 409/78
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Omega International GmbH (Bad Oldesloe, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Becker, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-18 ta’ Lulju 2014 fil-Kawża R 1037/2014-5, u tirreġistra t-trade mark bin-numru ta’ reġistrazzjoni 1 2 1 74 215;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva, li tirrappreżenta stampa bl-iswed u bl-abjad, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5, 32 u 33 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 2 1 74 215
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: is-sinjal huwa adattat sabiex il-konsumatur medju interessat jidentifika l-prodott
Full & Egal Universal Law Academy