17.11.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 409/59
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Settembru 2014 – MIP Metro vs UASI – Associated Newspapers (METRO)
(Kawża T-697/14)
2014/C 409/80
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Plate u R. Kaase, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Associated Newspapers Ltd (Londra, ir-Renju Unit)
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tad-29 ta’ Lulju 2014 fil-Każ R 606/2013-5, sa fejn din annullat id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-4 ta’ Marzu 2013 dwar l-oppożizzjoni għall-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 7 79 116“METRO”, u tibgħat il-każ lura quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni għall-eżami u deċiżjoni mill-ġdid;
—
tordna lill-konvenut ibati l-ispejjeż tal-proċeduri, inklużi l-ispejjeż tal-proċedimenti tal-appell.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva, li tinkludi l-element verbali METRO, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 35, 36, 38, 39, 41 u 42 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 7 79 116
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat: trade mark nazzjonali verbali “METRO”
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata u l-każ intbagħat lura quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 74(2) tar-Regolament Nru 40/94
Full & Egal Universal Law Academy