10.11.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 395/61
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Settembru 2014 – Hamas vs Il-Kunsill
(Kawża T-702/14)
2014/C 395/74
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Hamas (Damas, is-Sirja) (rappreżentant: L. Glock, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/483/PESK, tat-22 ta’ Lulju 2014, li taġġorna u temenda l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u li tħassar id-Deċiżjoni 2014/72/PESK, sa fejn din tirrigwarda lill-Hamas (inkluż lill-Hamas-Izz-al-Din-al-Quassem);
—
tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 790/2014, tat-22 ta’ Lulju 2014, li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 125/2014, sa fejn dan jirrigwarda lill-Hamas (inkluż lill-Hamas-Izz-al-Din-al-Quassem);
—
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż kollha.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tmien motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-531/11, Hamas vs Il-Kunsill (1).
(1) ĠU 2012, C 126, p. 18.
Full & Egal Universal Law Academy