17.11.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 409/61
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Ottubru 2014 – Marine Harvest vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-704/14)
2014/C 409/82
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Marine Harvest ASA (Bergen, in-Norveġja) (rappreżentant: R. Subiotto, QC)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Lulju 2014, fil-Każ COMP/M.7184 – Marine Harvest vs Morpol (Art. 14(2) proc.);
—
sussidjarament, tannulla l-multi imposti fuq Marine Harvest skont dik id-deċiżjoni;
—
b’mod iktar sussidjarju, tnaqqas sostanzjalment il-multi imposti fuq Marine Harvest skont dik id-deċiżjoni;
—
fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ Marine Harvest fir-rigward din il-kwistjoni; u tieħu kull miżura oħra li din il-qorti tqies xierqa.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li d-Deċiżjoni twettaq żball ta’ dritt u ta’ fatt għaliex tikkonstata li Marine Harvest kien imissha nnotifikat l-akkwist tagħha ta’ sehem ta’ 48.5 % f’Morpol f’Diċembru 2012 (l-“Akkwist ta’ Diċembru 2012”) taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004, u missha astjeniet milli takkwista t-titlu għal sehem ta’ 48.5 % f’Morpol qabel ma rċeviet approvazzjoni ta’ dak l-element tat-tranżazzjoni globali u b’hekk ċaħdet in-natura unitarja ta’, u l-applikabbiltà tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 għall-Akkwist ta’ Diċembru 2012 u għall-offerta pubblika sussegwenti ordnata mill-Akkwist ta’ Diċembru 2012 taħt ir-regoli tal-akkwist pubbliku Norveġiżi, u li Marine Harvest dejjem kienet bi ħsiebha tniedi malajr sabiex takkwista kontroll sħiħ ta’ Morpol.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li d-Deċiżjoni twettaq żball ta’ dritt u ta’ fatt għaliex issib li Marine Harvest kienet negliġenti meta ma nnotifikatx l-Akkwist ta’ Diċembru 2012 u ma astjenietx milli takkwista t-titlu għal sehem ta’ 48.5 % f’Morpol qabel ma rċeviet approvazzjoni ta’ dak l-element tat-tranżazzjoni globali u b’hekk injorat li Marine Harvest ma setgħetx tipprevedi b’mod raġonevoli, kemm jekk oġġettivament jew suġġettivament, li l-Akkwist ta’ Diċembru 2012 u l-offerta pubblika sussegwenti ma kinux jaqgħu taħt l-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li d-Deċiżjoni tikser il-prinċipju li ħadd ma għandu jiġi kkastigat darbtejn għall-istess offiża billi Marine Harvest ġiet imposta multi talli (i) naqset milli tinnotifika l-Akkwist ta’ Diċembru 2012 qabel ma (ii) implementatha billi akkwistat it-titlu għas-sehem ta’ 48.5 % f’Morpol.
4.
Ir-raba’ motiv ibbażat, sussidjarament, fuq il-fatt li d-Deċiżoni imponiet multi fuq’ Marine Harvest bi ksur tal-prinċipji ta’ ċertezza legali, “nullum crimen, nulla poena sine lege”, u ta’ ugwaljanza fit-trattament, minħabba n-novità tal-kwistjonijiet fattwali u legali f’dan il-każ u tat-trattament riċenti tal-Kummissjoni ta’ każ paragunabbli, li fih hija (i) ma fetħitx investigazzjoni, (ii) ma laħqitx konklużjoni definittiva u vinkolanti fuq il-portata tal-Artikoli 7(1) u 7(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004, u (iii) ma imponitx multa.
5.
Il-ħames motiv ibbażat, b’mod iktar sussidjarju, fuq il-fatt li id-Deċiżjoni tinkludi żbalji manifesti ta’ liġi u ta’ fatt u jonqosha l-motivazzjoni fl-istabbiliment ta’ livelli tal-multi f’dan il-każ, għaliex (i) ma tispjegax kif ġew ikkalkolati l-multi (ii) tenfasizza l-gravità tal-ksur allegati b’riferiment għall-fatturi li ma jsostnuhiex, (iii) tinkludi fit-tul perijodi ta’ ksur li hija teskludi f’każijiet oħra fuq raġunijiet żbaljati li Marine Harvest ma kinitx disponibbli b’mod suffiċjenti fil-perijodu ta’ qabel in-notifika, (iv) tistabbilixxi l-multi f’livell li huwa sproporzjonat fir-rigward tat-tul u l-gravità tal-ksur allegat, u l-għanijiet li għandhom jinkisbu, u (v) tinjora ċirkustanzi attenwanti, inkluż il-proċess trasparenti u kooperatttiv ta’ kontroll tal-amalgamazzjoni, l-assenza ta’ preċedenzi rilevanti u l-iżball skużabbli mwettaq waqt il-ksur allegat.
Full & Egal Universal Law Academy