22.12.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 462/27
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Ottubru 2014 – PRIMA vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-722/14)
(2014/C 462/40)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Partijiet
Rikorrenti:“PRIMA – Produzentska, reklamna, informazionna i mediyna agenziya” AD (Sofija, il-Bulgarija) (rappreżentant: Yavor Sergeev Ruskov, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-12 ta’ Awwissu 2014 li permezz tagħha ġiet miċħuda l-offera tar-rikorrenti fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti pubblika PO/2013-13/SOF dwar il-provvista ta’ appoġġ lir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea fil-Bulgarija fir-rigward tal-organizzazzjoni ta’ avvenimenti pubbliċi;
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-12 ta’ Awwissu 2014 li permezz tagħha l-eżekuzzjoni tal-kuntratt ġiet attribwita lil parteċipant ieħor fil-proċedura, kif ukoll kull deċiżjoni sussegwenti li tikkonċerna l-konklużjoni ta’ kuntratt għat-twettiq tal-offerta, inkluża d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-12 ta’ Settembru 2014;
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.
1.
L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ informazzjoni
—
L-awtorità kontraenti kkomunikat l-informazzjoni mitluba minn PRIMA fir-rigward tal-karatteristiċi tal-offerta magħżula, iżda ma pprovdietx informazzjoni dwar il-vantaġġi relattivi ta’ din l-offerta.
2.
It-tieni motiv, ibbażat fuq applikazzjoni żbaljata tal-kriterji ta’ attribuzzjoni
—
Il-kriterji ta’ attribuzzjoni stabbiliti mill-awtorità kontraenti ma ġewx applikati b’mod oġġettiv u korrett, u għalhekk in-noti mogħtija fl-applikazzjoni ta’ dawn il-kriterji ma humiex rilevanti; minn dan isegwi li ma kinitx ġiet żgurata l-ugwaljanza bejn l-offerenti kollha f’termini ta’ aċċess u ta’ trattament.
3.
It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipji li jirregolaw il-kuntratti pubbliċi
—
Id-deċiżjoni li tattribwixxi l-kuntratt ittieħdet wara d-data tad-deċiżjoni inizjali li permezz tagħha ġiet miċħuda l-offerta ta’ PRIMA.
—
L-awtorità kontraenti ma informatx lil PRIMA b’din id-deċiżjoni, fatt dan li jikkostitwixxi ksur tal-prinċipji ta’ trasparenza u ta’ ugwaljanza bejn il-parteċipanti fil-proċedura.
—
Il-fatt li ma ġietx ikkomunikata informazzjoni dwar l-imsemmija deċiżjoni llimita b’mod kunsiderevoli d-drittijiet ta’ difiża ta’ PRIMA.
Full & Egal Universal Law Academy