12.1.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 7/39
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Settembru 2014 – Novar vs UASI
(Kawża T-726/14)
(2015/C 007/44)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Novar GmbH (Albstadt, il-Ġermanja) (rappreżentant: R. Weede, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet
—
tordna lill-uffiċċju konvenut iħallas l-ammont ta’ EUR 2 498,00 flimkien mal-interessi fl-ammont ta’ 5 punti perċentwali miżjuda mar-rata bażika dekorribbli mill-bidu tal-proċeduri legali;
—
tordna lill-uffiċċju konvenut ibati l-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż sostnuti sabiex ir-rikorrenti tiġi rrappreżentata fil-proċeduri.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed.
Motiv: Responsabbiltà mhux kuntrattwali skont l-Artikolu 118(3) tar-Regolament Nru 207/2009
Ir-rikorrenti ssostni li twettaq ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali intiża li tikkonferixxi drittijiet lil individwi u li hemm rabta kawżali bejn l-azzjoni u d-dannu. Ir-rikorrenti targumenta li l-azzjoni illegali tinsab fid-deċiżjoni tal-14 ta’ Mejju 2013 li tiċħad l-oppożizzjoni. Hemm ksur suffiċjentement serju peress li, fid-deċiżjoni tal-oppożizzjoni tal-14 ta’ Mejju 2013, l-Uffiċċju eżiġa, b’mod kuntrarju għall-informazzjoni li tinsab fl-ittra tat-22 ta’ Ġunju 2012 dwar id-dokumenti li għandhom jiġu sottomessi fil-proċedimenti ta’ oppożizzjoni ta’ trade mark B002027251 sabiex jiġu sostnuti drittijiet preċedenti, rekwiżiti addizzjonali għall-prova tad-drittijiet preċedenti u minħabba dan, naqas milli jieħu inkunsiderazzjoni d-drittijiet preċedenti tar-rikorrenti. Dan il-ksur ikkawża spejjeż legali addizzjonali li kellhom jiġu sostnuti mir-rikorrenti fl-ambitu tal-appell mid-deċiżjoni tal-14 ta’ Mejju 2013, li ġiet irrimedjata permezz tad-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tas-17 ta’ Ottubru 2013.
Full & Egal Universal Law Academy