12.1.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 7/42
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ottubru 2014 – PSC Prominvestbank vs Il-Kunsill
(Kawża T-739/14)
(2015/C 007/47)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: PSC Prominvestbank, Joint-Stock Commercial Industrial & Investment Bank (Kiev, l-Ukraina) (rappreżentanti: J. Viñals Camallonga u J. Iriarte Ángel, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla l-Artikolu 1 tad-Deċiżjojni tal-Kunsill 2014/512/PESC, tal-31 ta’ Lulju 2014, sa fejn dan jirrigwardaha u tiddikjara li r-rikorrenti hija eskluża mis-sanzjonijiet imposti mill-imsemmija dispożizzjoni;
—
tannulla l-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 833/2014, tal-31 ta’ Lulju 2014, sa fejn dan jirrigwardaha u tiddikjara li r-rikorrenti hija eskluża mis-sanzjonijiet imposti mill-imsemmija dispożizzjoni;
—
tannulla l-Artikolu 1 il-ġdid kif emendat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/659/PESC, tat-8 ta’ Settembru 2014, sa fejn dan jirrigwardaha u tiddikjara li r-rikorrenti hija eskluża mis-sanzjonijiet imposti mill-imsemmija dispożizzjoni;
—
tannulla l-Artikolu 5 il-ġdid kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 960/2014, tat-8 ta’ Settembru 2014, sa fejn dan jirrigwardaha u tiddikjara li r-rikorrenti hija eskluża mis-sanzjonijiet imposti mill-imsemmija dispożizzjoni; u
—
tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma identiċi għal dawk invokati fil-Kawża T-737/14, Vnesheconombank vs Il-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy