15.12.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 448/37
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ottubru 2014 – Hersill vs UASI – KCI Licensing (VACUP)
(Kawża T-741/14)
(2014/C 448/46)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Hersill, SL (Móstoles, Spanja) (rappreżentant: M. Aznar Alonso, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: KCI Licensing, Inc. (San Antonio, l-Istati Uniti)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark ikkonċernata: applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 9 43 499
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-14 ta’ Awwissu 2014 fil-Każ R 1520/2013-2
Talbiet
—
tiddikjara dan l-appell fondat u tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-UASI u lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell, jekk jidhru bħala partijiet f’din il-kawż, għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 42(2) tar-Regolament Nru 207/2009 u tar-Regola 22(3) tar-Regolament Nru 2868/95;
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy