12.1.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 7/43
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Novembru 2014 – TeamBank vs UASI – Easy Asset Management (easy Credit)
(Kawża T-745/14)
(2015/C 007/48)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: TeamBank AG Nürnberg (Nürnberg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Lindner, D. Terheggen u T. Kiphuth, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Easy Asset Management AD (Sofija, il-Bulgarija)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark ikkontestata kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “easy Credit” – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 8 11 527 li tindika l-Unjoni Ewropea
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-5 ta’ Settembru 2014 fil-Każ R 1975/2013-1
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn tikkonċerna prodotti u servizzi fil-klassijiet 36 u 38;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikoli 52(1)(a), 7(1)(b) u 7(2) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikoli 53(1)(a) u 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy