12.1.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 7/43
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Novembru 2014 – Montenegro vs UASI (Forma ta’ flixkun)
(Kawża T-748/14)
(2015/C 007/49)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Montenegro Srl (Zola Predosa, l-Italja) (rappreżentant: F. Jacobacci, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Trade mark ikkontestata kkonċernata: reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 1 62 963 li tindika l-Unjoni Ewropea fir-rigward tat-trade mark tridimensjonali li tirrappreżenta forma ta’ flixkun
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tad-29 ta’ Awwissu 2014 fil-Każ R 20/2014-2
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy