12.1.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 7/44
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Novembru 2014 – Hikari Miso vs UASI – Nishimoto Trading (Hikari)
(Kawża T-751/14)
(2015/C 007/50)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Hikari Miso Co. Ltd (Suwa-gun, il-Ġappun) (rappreżentant: D. McFarland, Barrister)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Nishimoto Trading Co. Ltd (Santa Fe Springs, l-Istati Uniti)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark ikkonċernata: applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 9 5 69 501
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-8 ta’ Settembru 2014, fil-Każ R 2394/2013-4
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell hija bbażata fuq żbalji ta’ liġi u/jew ta’ fatt;
—
Ir-Raba’ Bord tal-Appell eċċeda s-setgħat u l-funzjoni tiegħu, billi aċċetta bħala fatti pprovati sottmissjonijiet li kienu jammontaw biss għal suppożizzjonijiet u ipoteżi, li fir-rigward tagħhom ebda prova ma kienet ġiet prodotta.
Full & Egal Universal Law Academy