26.1.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 26/36
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Novembru 2014 – Ice Mountain Ibiza vs UASI – Etyam (ocean beach club ibiza)
(Kawża T-753/14)
(2015/C 026/47)
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Ice Mountain Ibiza, SL (San Antonio, Spanja) (rappreżentanti: J. L. Gracia Albero u F. Miazzetto, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Etyam, SL (Islas Baleares, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikanti: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata: it-trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-kliem “ocean beach club ibiza” – Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni Nru 1 0 6 10 491
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni parzjali
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-31 ta’ Lulju 2014 fil-Każ R 2293/2013-1
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; u
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż, inklużi dawk li jirriżultaw minn proċedimenti quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni u quddiem l-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI li wasslu għal dan ir-rikors.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009
Full & Egal Universal Law Academy