26.1.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 26/37
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Novembru 2014 – Herbert Smith Freehills vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-755/14)
(2015/C 026/48)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Herbert Smith Freehills LLP (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: P. Wytinck, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea GESTDEM 2014/2070, tal-24 ta’ Settembru 2014, u
—
tordna lill-Kummissjoni Ewropea tbati l-ispejjeż tar-rikorrenti f’dawn il-proċeduri.
Motivi u argumenti prinċipali
Bir-rikors tagħha, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni GESTDEM 2014/2070, tal-24 ta’ Settembru 2014, li biha l-Kummissjoni rrifjutat it-talba tar-rikorrenti għal aċċess skont ir-Regolament Nru 1049/2001 (1) għal ċerti dokumenti relatati mal-adozzjoni tad-Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-3 ta’ April 2014, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati u li tħassar id-Direttiva 2001/37/KE (2).
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.
1.
L-ewwel motiv, li jallega li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, peress li ebda wieħed mid-dokumenti mhux żvelati identifikati mill-Kummissjoni ma jidħol fil-kuntest tal-eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-proċeduri ġudizzjarji.
2.
It-tieni motiv, li jallega li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 peress li ċerti dokumenti mhux żvelati identifikati mill-Kummissjoni ma jidħlux fil-kuntest tal-eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-pariri legali.
3.
It-tielet motiv, li jallega li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 peress li hemm interess pubbliku prevalenti fl-iżvelar tad-dokumenti identifikati b’riżultat tat-talba għall-aċċess għad-dokumenti tar-rikorrenti .
(1) Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).
(2) ĠU L 127, p. 1.
Full & Egal Universal Law Academy