2.3.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 73/37
Rikors ippreżentat fit-13 Novembru 2014 – Philips u Philips France vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-762/14)
(2015/C 073/48)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Koninklijke Philips NV (Eindhoven, il-Pajjiżi l-Baxxi) u Philips France (Suresnes, Franza) (rappreżentanti: J. de Pree, S. Molin u A. ter Haar, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni sa fejn din tikkonċerna lil Philips
—
sussidjarjament, tannulla jew tnaqqas l-ammont tal-multa imposta fuq Philips fid-deċiżjoni, u
—
fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Permezz ta’ dan ir-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jitolbu l-annullament, minn naħa, tad-Deċżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 6250 finali, tat-3 ta’ Settembru 2014, fil-Każ AT.39574 – Ċipep tal-Ismart Cards.
Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti jinvokaw disa’ motivi:
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE, sa fejn il-Kummissjoni naqset milli tagħti prova b’mod suffiċjenti fid-dritt li l-kuntatti li kienet twettaq Philips kienu jikkwalifikaw bħala restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE, sa fejn il-Kummissjoni stabbilixxiet li l-ksur kien jestendi għal ċipep tal-ismart cards għal kwalunkwe użu u ma kienx limitat għas-SIM cards.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE, sa fejn il-Kummisjoni naqset milli tagħti prova b’mod suffiċjenti fid-dritt li Philips kienet tagħmel parti minn kartell multilaterali flimkien ma’ Infineon, Renesas u Samsung, u pparteċipat fi ksur uniku u kontinwu.
4.
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u tad-dmir ta’ diliġenza, sa fejn il-Kummissjoni ma ttrattatx din il-kawża b’mod ekwu u imparzjali.
5.
Il-ħames motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE sa fejn, bħala riżultat ta’ kif il-Kummissjoni wettqet il-proċedimenti, hija naqset milli tagħti prova tal-allegat ksur b’mod suffiċjenti fid-dritt.
6.
Is-sitt motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 27 tar-Regolament Nru 1/2003 (1), tal-Artikolu 11 tar-Regolament 773/2004 (2), tal-Artikolu 48 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u ksur tad-drittijiet tad-difiża ta’ Philips sa fejn il-Kummissjoni naqset milli tagħti provi importanti li jiskaġunaw.
7.
Is-seba’ motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 25 tar-Regolament Nru 1/2003, sa fejn il-Kummissjoni ma kellhiex dritt tissanzjona l-aġir allegat sa fejn huwa seħħ qabel it-3 ta’ Settembru 2004.
8.
It-tmien motiv, ibbażat fuq ksur tal-Linji gwida għall-kalkolu tal-multi sa fejn il-Kummissjoni, b’mod żbaljat, stabbilixxiet il-valur tal-bejgħ rilevanti.
9.
Id-disa’ motiv, ibbażat fuq ksur tal-Linji gwida għall-kalkolu tal-multi, tal-Artikolu 23 tar-Regolament Nru 1/2003 u tal-prinċipju ta’ proporzjonalità sa fejn il-Kummissjoni applikat koeffiċjent ta’ gravità sproporzjonat.
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli [101 TFUE] u [102 TFUE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205).
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004, tas-7 ta’ April 2004, dwar it-tmexxija ta’ proċeduri mill-Kummissjoni skond l-[Artikoli 101 TFUE u 102 TFUE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 3, p. 81).
Full & Egal Universal Law Academy