9.2.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 46/53
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Novembru 2014 – Actega Terra vs UASI – Heidelberger Druckmaschinen (FoodSafe)
(Kawża T-766/14)
(2015/C 046/68)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Actega Terra GmbH (Lehrte, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Onken, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Heidelberger Druckmaschinen AG (Heidelberg, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Proprjetarju tat-trade mark inkwistjoni: ir-rikorrenti
Trade mark inkwistjoni: it-trade mark verbali Komunitarja “FoodSafe” – trade mark Komunitarja Nru 9 502 551
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-8 ta’ Settembru 2014 fil-Każ R 2440/2013-4
Talbiet
—
tibdel id-deċiżjoni kkontestata billi tannulla d-deċiżjoni mogħtija fl-14 ta’ Ottubru 2013 mid-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni bin-numru 6912 C u tiċħad it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja Nru 9 502 551;
—
sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
ksur tal-Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
ksur tal-Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy