9.2.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 46/53
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Novembru 2014 – Boomkwekerij van Rijn-de Bruyn B.V. vs L-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO) – Artevos GmbH u Dachverband Kulturpflanzen- und Nutztiervielfalt e.V.
(Kawża T-767/14)
(2015/C 046/69)
Lingwa tar-rikors: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Boomkwekerij van Rijn-de Bruyn B.V. (Uden, il-Pajjizi Baxxi) (rappreżentant: P. Jonker, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Artevos GmbH (Karlsruhe, il-Ġermanja) u Dachverband Kulturpflanzen- und Nutztiervielfalt e.V. (Bielefeld, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem s-CPVO
Applikant tad-drittijiet Komunitarji ta’ varjetajiet ta’ pjanti: ir-rikorrenti
Drittijiet Komunitarji ta’ varjetajiet ta’ pjanti kkonċernati: Oksana – Applikazzjoni Nru 2005/1046
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tas-CPVO tat-2 ta’ Lulju 2014 fil-Każ A007/2013
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tilqa, għaldaqstant, ir-rikors tar-rikorrenti ippreżentat kontra d-Deċiżjonijiet R 1232, OBJ 13-086, OBJ 13-087, OBJ 13-088 u OBJ 13-090 tas-CPVO; tiddeċiedi li l-varjetà tar-rikorrenti hija (biżżejjed) ġdida fis-sens tal-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 2100/94 u tagħti drittijiet Komunitarji ta’ varjetajiet ta’ pjanti lill-varjetà tar-rikorrenti;
—
tikkundanna lis-CPVO u lill-partijiet l-oħra għall-ispejjeż.
Motiv(i) invokat(i)
—
Ksur tal-Artikoli 10 u 76 tar-Regolament Nru 2100/94.
Full & Egal Universal Law Academy