23.2.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 65/36
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Novembru 2014 – ANKO vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-771/14)
(2015/C 065/50)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: ANKO AE Antiprosopeion, Emporeiou kai Viomichanias (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: V. Christianos, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tikkonstata li s-somma ta’ EUR 2 96 149,77 imħallsa mill-Kummissjoni lir-rikorrenti għall-proġett DOC@HAND tikkorrispondi għal spejjeż eliġibbli u li, konsegwentement, din tal-aħħar ma hijiex marbuta li tirrimborsaha bħala rċevuta indebitament u
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tar-rikorrenti.
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikors preżenti jikkonċerna r-responsabbiltà, attribwita lill-Kummissjoni abbażi tal-Artikolu 272 TFUE, abbażi tal-kuntratt Nru 508015, relattiv għall-implementazzjoni tal-proġett DOC@HAND. Iktar preċiżament, ir-rikorrenti ssostni li, għalkemm hija eżegwixxiet l-obbligi kuntrattwali tagħha, il-Kummissjoni talbet ir-rimbors tas-somom imħallsa lil ANKO, peress li dawn jikkorrispondu għal spejjeż mhux eliġibbli u dan, bi ksur tal-kuntratt imsemmi, tal-prinċipju ta’ bona fede, tal-projbizzjoni tal-abbuż ta’ dritt u tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.
Għal din ir-raġuni, ir-rikorrenti ssostni, l-ewwel nett, li l-Kummissjoni tibbaża ruħha fuq argumenti totalment infondati, li, f’kull każ, ma humiex stabbiliti, sabiex tiċħad prattikament it-totalità tal-ispejjeż ta’ ANKO għaliex dawn allegatament ma humiex eliġibbli u biex titlob ir-rimbors tas-somma mħallsa lil ANKO għall-proġett DOC@HAND. It-tieni nett, din issostni li, billi ċaħdet 99,59 % tal-kontribuzzjoni dovuta għar-raġuni li din allegatament ma tikkorrispondix ma’ spejjeż eliġibbli li r-rikorrenti kellha tbati għall-bżonnijiet tal-proġett, il-Kummissjoni kisret il-prinċipji ta’ projbizzjoni tal-abbuż ta’ dritt u ta’ proporzjonalità.
Full & Egal Universal Law Academy